1/4

LOCAL NEWS / AHBARIJIET LOKALI

MINN NHAR IL- HAMIS IL- BARS U L- KAZINI GHANDHOM JIBQU MAGHLUQIN GHAL XAHAR FOST MIZURI OHRA...

 

Minn nhar il- Ħamis disgħa u għoxrin (29) ta’ Ottubru, il- bars u l- każini kollha għandhom jibqgħu magħluqin.

Dan ħabbarha l- Ministeru għas- Saħħa fost aktar restrizzjonijiet u miżuri fid- dawl tal- pandemija.

Din l- miżura tibqa’ tgħodd sal- ewwel (1) ta’ Diċembru 2020 sal- ħin tas- 6 am. Dan filwaqt li lis- snack bars u l- gabbani jistgħu jibqgħu miftuħin, madanakollu ma jistgħux, fl- ebda istanza, jipprovdu, joffru jew ibigħu kwalunkwe tip ta’ xorb alkoħoliku lill- klijenti u għandhom jagħlqu bejn il- 11pm u l- 5am tal- għada filgħodu.

Minn nhar il- Ħamis ukoll, l- ammont massimu ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu fi grupp fi spażji pubbliċi se jonqos minn 10 persuni għal 6 persuni. Dan ifisser li fi spażji pubbliċi, gruppi ta’ aktar minn 6 persuni huma projbiti inklużi fi kjus u fuq bus stops, sakemm ma tinżammx id- distanza soċjali ta’ żewġ metri bejniethom.

Din il- miżura ma tapplikax għal persuni li jgħixu fl-istess residenza. Il- multa ghal min ma josservax din il- mizura ser tiżdied għal mitejn Ewro (€200), iżda jekk il- penali tiġi mħallsa qabel ma jibdew il- proċeduri quddiem il- Kummissarju tal- Ġustizzja, il- multa titnaqqas għal mitt euro (€100). Dawn il- miżuri qed jidħlu fis- seħħ wara konsultazzjoni mas- Supretendent għas- Saħħa Pubblika sabiex tkun limitata iżjed l- imxija ta’ COVID-19.

 

Sors: TVM.COM.MT

 

RADIO ACTIVE TOP 5 / WEEK 43

IL- GVERN SE JAGHTI €1M F' GHAJNUNA LIR- RAHHALA TAL- HALIB LI QED IBATU KAWZA TAL- PANDEMIJA...

It- tnaqqis fid- domanda għall- prodotti tal- ħalib frisk minħabba l- impatt tal- pandemija fuq it- turiżmu u r-restoranti, qiegħda tħalli riperkussjonijiet fuq ir- raħħala tal- ħalib f’ Malta u Għawdex.

F’ kummenti ma’ l- istazzjonijiet lokali, il- Ministru tal-Agrikoltura u s- sajd Anton Refalo ħabbar li l- Gvern ser ikun qiegħed jgħaddi lir- raħħala tal- ħalib mal- miljun Ewro biex jagħmel tajjeb għall- impatt tal- COVID-19 fuq il- produzzjoni u d- domanda għall- prodotti tal- ħalib.

Ir- raħħala tal- ħalib madwar Malta u Għawdex li jfornu lill- Malta Dairy Products bil- ħalib, qegħdin jiffaċjaw tnaqqis drastiku fid- domanda hekk kif is-settur turistiku u tar- restoranti f’ dawn l- aħħar xhur ma baqgħux jikkonsmaw prodotti tal- ħalib daqskemm kienu qabel il- Covid-19.

Iċ- chairman tal- kooperativa tal- produtturi tal- ħalib, Brian Vella qal li minħabba li fix- xitwa l- baqar jipproduċu iktar ħalib, it- tnaqqis fid- domanda f’ dan il-perjodu ser tfisser telf għar- raħħala tal- ħalib, li fl-aħħar snin ħafna minnhom kabbru l- merħla tagħhom.

”Kemm hu sostennibbli li jekk inti għandek post li għandu kapaċità li fih jistgħu jitrabbew ċertu produzzjoni, inti ovjament trid tnaqqas il- produzzjoni li inti investejt ġo post biex toħroġ dik il- produzzjoni. Ġifieri jekk inti r- raħħal ħa tmur fuqu biex tgħidlu biex inaqqas il- produzzjoni ser ikollu impatt fuq id- dħul sostenibilità tar- raħħal partikolari.”

Is- Sur Vella qal li filwaqt li r- raħħala jistgħu jnaqqsu l-produzzjoni billi jbiddlu r- riċetta tal- għalf tal- baqar, biex ma jipproduċux ħalib żejjed, dan xorta ser ikollu impatt finanzjarju fuq ir- raħħal.

F’ kummenti ma’ l- istazzjonijiet lokali, il- Ministru tal-Agrikoltura u s- Sajd, Anton Refalo ħabbar li biex itaffi l-piż li qegħdin jerfgħu r- raħħala kawża tal- pandemija, il- Gvern ser ikun qed jagħti għotja ta’ miljun Ewro għar-raħħala tal- ħalib, u kwart ta’ miljun Ewro għar- raħħala taċ- ċanga.

”U Issa ir- raħħala ser jieħdu mhux inqas minn miljun u kwart f’ pagamenti diretti, minn fondi nazzjonali però kellna mmorru l- Ewropa biex dawn ġew approvati. Barra minn hekk indirettament ir- raħħla qegħdin jibbenifikaw minn miljun u nofs li qegħdin jibbenifikaw minnhom għall- magħlef. Però dan mhux biżżejjed, aħna qegħdin naraw kif ser nibqgħu spalla ma’ spalla mar-raħħala u mal- bdiewa tagħna.”

Il- Ministru Refalo qal li dawn il- fondi jistgħu jitqassmu issa għax il- Gvern ħaseb għalihom fil- bidu tal-pandemija, biex jiġi evitat il- kollass tal- industrija tal-ħalib, li kien iwassal biex kwantità ta’ ħalib, tispiċċa tintrema.

Minkejja t- tnaqqis fid- domanda, il- Malta Dairy Products qalet li aġġustat il- produzzjoni tagħha biex tuża l- ħalib kollu li rċiviet mingħand ir- raħħala.

 

Sors: TVM.COM.MT

 

CELEBRITY OF THE WEEK / IL- PERSUNAGG TAL- GIMGHA

CAMILA CABELLO...

 

Karla Camila Cabello Estrabao, (born March 3, 1997) is a Cuban-American singer and songwriter. She rose to prominence as a member of the girl group Fifth Harmony, formed on The X Factor USA in 2012, signing a joint record deal with Syco Music and Epic Records. While in Fifth Harmony, Cabello began to establish herself as a solo artist with the release of the collaborations "I Know What You Did Last Summer" with Shawn Mendes, and "Bad Things" with Machine Gun Kelly, the latter reaching number four on the US Billboard Hot 100. After leaving the group in late 2016, Cabello released several other collaborations, including "Hey Ma" by Pitbull and J Balvin for The Fate of the Furious soundtrack, and her debut solo single "Crying in the Club".

CAMILA CABELLO...

Karla Camila Cabello Estrabao, ( twieldet fit- 3 ta' Marzu, 1997 ) hija kant - awtrici u kantanta Kubana - Amerikana. Hija bdiet tiehu prominenza bhalha wahda mill- membri minn grupp ta' tfajlit, bl- isem ta' Fifth Harmony, li kien iffurmat fis- sena 2012 ghal X Factor USA, fejn iffirmat dwar ftehim kongut bejn Syco Music u Epic Records. Waqt illi f' Fifth Harmony, Cabello bdiet tistabbilixxi ruha bhalha solo artist bil- kollaborazzjonijiet '' I Know What You Did Last Summer '' flimkien ma' Shawn Mendes u '' Bad Things '' ma' Gun Kelly.

 META NEMNEM IL- MUSBIEH / RUMANZ TA' SONIC J AQUILINA

L- EWWEL RUMANZ MILL- PINNA TA' L- AWTUR SONIC J AQUILINA...

 

Bla ebda tlaqliq il- kollega taghna Sonic J Aquilina, zgur m' ghandu bzonn ta' l- ebda ntroduzzjoni fejn tidhol id- drama u fuq kollox il- kitba. Ahna ta' Radio Active Malta, tkellima ftit mieghu rigward dan ir- rumanz gdid.

Sonic J, jghidilna li apparti li ''Meta Nemnem il- Musbieh'' huwa rumanz gdid, huwa wkoll l- ewwel rumanz li qed johrog minn taht il- pinna tieghu. Ikompli jghidilna wkoll li ghalih din hija esperjenza gdida peress li din id- darba mhux qed jikteb skript imma rumanz.

Fuq il- pagna tieghu ta' Facebook, l- awtur, ser ikun qed jippubblikah u ser jibda jitfa xi silta jew tnejn minnhu fil- gimgha.

Radio Active Malta, jawgura kull success lil awtur u kollega, Sonic J. Aquilina.

 

© 2020 by Wayne Mallia.  Proudly created for Radio Active Malta.